Il-Lukandiera ta' Carlo Goldoni

Il-Lukandiera ta' Carlo Goldoni in Malta, Theatre Malta, 21.10.2017 - 22.10.2017

Description:

Il-kummiedja Il-Lukandiera, miktuba fl-1753 mid-drammaturgu taljan Carlo Goldoni, hija msejsa fuq il-persunaġġ ta’ Mirandolina, lukandiera sabiha u korteġġiata mil-Markiż ta’ Forlipopoli u l-Konti ta’ Albafiorita.

Ta’ l-ewwel jipprova jirbaħha billi joffrilha il-protezzjoni tiegħu u t-tieni bir-rigali. Il-qaddej ta’ Mirandolina, Fabrizio, li jħobbha, jiddejjaq jara din l-attrenzjoni kollha fuq Mirandolina u aktar u aktar meta hi taghtihom il-wiċċ, biex tghaddi z-mien bihom. Iżda fil-lukanda jasal il-Kavallier ta’ Ripafratta, li ħalef kruċjata kontra n-nisa u jiftaħar li qatt ma hu se jaqa’ għal mara. Fil-lukanda jaslu żewġ attriċi li jilgħabuha ta’ nobbli u Mirandolina tuża il-wasla ta’ dawn biex twaqqa’ il-Kavallier u ġġegħlu jsir iħobbha biex tpattihielu għal din l-attitudini u s-suppervja li ghandu lejn is-sess femminili. Mirandolina bis-sincerità tagħha bil mod il-mod twaqqa’ lill-Kavallier li fiha jara manjieri li qatt ma rahom f’nisa oħra. Din tqajjem il-ġelożija ta’ l-oħrajn u fil-lukanda iqum il-maltemp. Il-kummiedja titratta diversi temi fosthom id-differenza soċjali bejn il-Konti li xtara t-titlu u jipprova jirbaħ l-imħabba bil-flus filwaqt il-Markiż, li tilef in-nobbilta’, kull ma jista joffri hija il-protezzjoni tiegħu, kif ukoll is-suppervja u l-presunzjoni ippersonifikata fil-persunaġġ tal-Kavallier. Imġieba irrazzjonali li skond Goldoni għandha tiġi ikkastigata. F’Mirandolina naraw il-krudelta ta’ ċerti nisa li jippruvaw jgħaddu biż-żmien l-irġiel u jiddieħku bihom, tilgħab bis-sentimenti, iżda determinata li lil Kavallier tpattihielu. Goldoni bil-karattru ta’ Mirandolina irid juri kif ir-rwol tal-mara kien qed jinbidel. Kienet qed issir aktar emanċipata, fejn qabel is-seklu tmintax kienet tiddependi fuq ir-raġel. Il-Lukandiera hija kummiedja li ċertament se tiddeverti minn ġej jaraha, kemm bil-karattri kif ukoll bis-sitwazzjonijiet li jinqalgħu. Din il-kummiedja se tittella’ nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru fis-7.30 pm u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru fis-6.00 pm fis-sala fis-Sala ta' San Nikola, Tarxien. Jiehdu sehem Mario Camilleri, Lisa Farrugia, Sandro Vella, Patrick Tanti, Matthew Balzan, Lydia Portelli, Amanda Cachia Sammut u Frank Borg.

Traduzzjoni hi t’ Albert Marshall. Direzzjoni f'idejn Anthony Ellul u produzzjoni 4Teenth Productions b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u l-Kommunità Agostinjana Tarxien. Bookings u xiri ta’ biljetti jista’ jsir fuq in-numru 79096060. Tistgħu iżżuru l-paġna ta’ facebook bil-kliem: 4Teenth Productions.

Purchase Il-Lukandiera ta' Carlo Goldoni Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Saint Nicholas Hall, Tarxien
Lampuka Street, Tarxien

Start Date:

21 October 2017

End Date:

22 October 2017

Website:

Host:

David Camilleri

Tickets:

Venue:


Venue:

Saint Nicholas Hall, Tarxien

Address:

Lampuka Street

Dates:


21
Oct
Il-Lukandiera ta' Carlo Goldoni
Saint Nicholas Hall, Tarxien, Tarxien - Theatre
17:30
22
Oct
Il-Lukandiera ta' Carlo Goldoni
Saint Nicholas Hall, Tarxien, Tarxien - Theatre
16:00