Wires
Description:
Tliet żgħażagħ jitfgħu s-sigrieti tagħhom online, moħħhom imserraħ li ħadd qatt ma' jista’ ssir jaf bihom. Sakemm ... kulħadd issir jafhom. F'dinja fejn il-ħin kollhu nistennew l-update li jmiss (dik il-biċċa informazzjoni ġdida magħżula għalina mill-algorithms) – aħna u l-mod ta’ kif inġibu ruħna, kemm huwa ffurmat minn din l-informazzjoni? U l-algorithms interni tagħna kemm jaffettwaw r-reazzjonijiet tagħna għall-informazzjoni ta’ madwarna? Il-perċezzjonijiet tagħna tad-dinja ta’ madwarna ... huma verament tagħna?
Din hija storja dwar żgħażagħ li jgħixu f'dinja mgħaġġla, ibbumbardjati b' informazzjoni bil-fors iridu jirreaġixxulha ... Minkejja hijiex verità jew le.
Din il-produzzjoni hija bil-Malti.
Bħala Studio 18, aħna nippruvaw inkunu aċċessibbli kemm jista’ jkun għal kull min ikun fl-udjenza. Tistgħu ssibu informazzjoni dwar aċċessibiltà marbuta mal-produzzjoni WIRES hawn taħt.
- Din il produzzjoni tittratta suġġetti ta’ natura sensittiva.
- Ser ikun hemm l-użu ta’ ħoss b’volum għoli, dawl, u projections matul il-produzzjoni, però mhux ser ikun hemm użu ta’ dawl strobe jew dawl iteptep. Simboli għal dawl jew ħsejjes intensi ser ikunu projettati u gwida għal dawn is-simboli tista’ tinstab ħdejn l-entratura.
- Is-sala hija aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti u assistenza tista’ tkun provduta fejn hemm bżonn.
Event Details
Event Type:
Theatre
Location:
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP)
St. Christopher's Street, Il-Belt Valletta, Valletta
Start Date:
29 May 2021
End Date:
30 May 2021
Website:
FB Event:
Tickets:
Venue:
Venue:
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP)
Address:
St. Christopher's Street, Il-Belt Valletta
Dates:
Wires
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP), Valletta - Theatre14:00
Wires
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP), Valletta - Theatre18:30
Wires
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP), Valletta - Theatre14:00
Wires
Valletta Campus Theatre VCT (Ex MITP), Valletta - Theatre18:30