Kif Tikteb Malti Ahjar
Description:
Sessjonijiet: 4 Dati: 27 ta’ Frar u 6, 13, 21 ta’ Marzu Ħin: 5.30pm – 7.30pm Post: Y Ltd, 228, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar Parteċipanti (massimu): 12 Kors qasir biex jgħinek ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti. Għalina huwa faċli li titkellem il-lingwa iżda mhuwiex daqshekk faċli li tiktibha. Dan il-kors se jkun qed jiffoka fuq il-kliem li jiġi użat ta’ kuljum fit-taħdit tagħna b’għajnuna ta’ prattika kontinwa. L-ewwel sessjoni: Introduzzjoni Meta għandek tuża konsonanti doppji u dgħajfa L-użu tal-vokali tal-leħen L-użu tal-vokali ‘ie’ It-tieni sessjoni: Kif tikteb il-pronomi diretti u indiretti L-użu tal-GĦ, H, apostrofu u aċċent Kif għandek tikteb in-numri It-tielet sessjoni: Il-ħames priniċipji tal-ortografija Ir-raba’ sessjoni: Ir-regoli l-ġodda tal-Kunsill Nazzjonali tal-ilsien Malti Tutor Nicole Mifsud għandha 21 sena u hija gradwata friska mill-Università Ta’ Malta. Wara tliet snin kors, hi għandha B.A. Degree fil-Malti u fl-istudji tal-Komunikazzjoni. Il-lingwa Maltija hija għal qalbha wisq u minn dejjem kellha mħabba speċjali lejn din il-lingwa. Kull fejn tmur, dejjem tikkoreġi l-iżbalji ortografiċi u tipprova tgħallem lil kulħadd kif jikteb Malti aħjar. Hi temmen li l-lingwa tagħna jekk ma nibżgħux għaliha se nitilfuha u b’hekk ħasset li għandha tagħmel korsijiet bħal dawn biex il-lingwa tagħna, li tagħmilna uniċi minn pajjiżi oħra, nippreservawha u nibżgħu għaliha.
Event Details
Event Type:
Learning
Location:
,
Start Date:
27 February 2018
End Date:
21 March 2018
Website:
Host:
Nicole Mifsud
Tickets:
Venue:
Dates:
Kif Tikteb Malti Ahjar
, - Learning16:30
Kif Tikteb Malti Ahjar
, - Learning16:30
Kif Tikteb Malti Ahjar
, - Learning16:30
Kif Tikteb Malti Ahjar
, - Learning16:30