Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb in Malta, Learning Malta,  4.03.2019 - 18.03.2019

Description:


Memorja Kollettiva u Identità f’Eks-Kolonja | Dr Charles Xuereb

Spiss nitħaddtu fuq memorja u fuq identità iżda ma nirriflettux biżżejjed biex insiru nafu min aħna, minn fejn ġejna u għalfejn inġibu ruħna kif fil-fatt nagħmlu. Wisq anqas naħsbu fejn se mmorru bħala nazzjon li suppost naqsmu l-istess imgħoddi, preżent u futur. Ebda kommunità ma tista’ verament issib lilha nfisha mingħajr ma tieħu r-responsabbiltà tal-imgħoddi tagħha. Fil-każ ta’ Malta l-kolonjaliżmu fasslilna dak li sirna llum, bosta drabi b’tiswir imbagħbas tal-identità.

Dan seta’ jsir bl-appoġġ ta’ taqsimiet tas-soċjetà li raw sa mneħirhom, li fittxew x’jaqblilhom. Xhieda ta’ dan kollu hi l-mentalità kolonjali li fadlilna, l-memorja fl-ispazju pubbliku okkupat mill-barrani u idea mċajpra ta’ kif nipproġettaw lilna nfusna lill-barrani. Missirijietna żbaljaw? Aħna nazzjon komplut? Il-Knisja għenet jew fixklet?

Dan il-kors mifrux fuq ħames gimgħat jipprova jwieġeb u jissostanzja fuq bazi ta’ riċerka filosofika-soċjali-storika u fatti viżwali.

L-interess ta’ Charles Xuereb fil-memorja kollettiva u l-identità imur lura għaż-żmien li kien jgħallem il-Franċiż. Wara M.Sc fil-Media Management mill-Università ta’ Stirling, huwa ħa d-dottorat mill-Università ta’ Malta (fl-Istitut tal-Istudji Maltin) b’teżi fuq l-identità Maltija bil-perjodu Franċiż bħala l-isfond tal-istudju tiegħu. Huwa seta’ jagħmel dan bis-saħħa ta’ karriera t’aktar minn 45 sena ta’ xandir edukattiv u ġurnalistiku peress li l-media, l-edukazzjoni u l-kitba kienu l-istrumenti ewlenin li ffurmaw il-memorja tan-nazzjon f’dawn l-aħħar żewġ sekli waqt li Malta kienet ikkolonizzata mill-Imperu Brittaniku.

Imwieled fl-1948, Dr. Xuereb huwa prodott tal-perjodu ta’ wara l-gwerra iddominat mill-imperu li kien qed imajna u li wassal għall-indipendenza ta’ Malta fl-1964. Fl-2011 Xuereb irċieva t-titlu prestiġġjuż ta’ Chevalier de la Légion d’Honneur mir-Repubblika Franċiża għall-ħeġġa kontinwa tiegħu sabiex jippromwovi l-kultura Franċiża f’Malta.

Dr. Xuereb jillekċerja l-Università ta’ Malta.



More Info on Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb, Events in Malta, What's on in Malta, Events Calendar Malta

Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb


Event Type:
Learning
Location:
Voluntary Centre
Malta Council for the Voluntary Sector, 181, Melita Street,, VLT 1129 Valletta, Malta, Valletta
Start Date:
4 March 2019
End Date:
18 March 2019

Venue:


Venue:
Voluntary Centre
Address:
Malta Council for the Voluntary Sector, 181, Melita Street,, VLT 1129 Valletta, Malta   Show Map

Dates:


4
Mar
Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb Voluntary Centre, Valletta - Learning at 18:30

11
Mar
Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb Voluntary Centre, Valletta - Learning at 18:30

18
Mar
Memorja Kollettiva u Identita f'eks-kolonja | Dr Charles Xuereb Voluntary Centre, Valletta - Learning at 18:30



Add Event in Malta

Similar Events


Copyright © 2019 What’s On Malta