Is-Snin li Tħoss

Is-Snin li Tħoss in Malta, Theatre Malta, 16.02.2024 - 16.02.2024

Description:

Ħbiberiji, qtugħ ta’ qalb, imħabba, vjaġġar, avventura, karriera, familja… Dik hi l-ħajja hux? Sensiela ta’ mumenti u riti ta’ passaġġ seminali li jsawru l-identità tagħna hekk kif ninnavigaw fil-ħajja. L-età hija aktar minn sempliċi numru, hija sensazzjoni. Hekk kif iż-żmien jgħaddi, nagħmlu l-almu tagħna biex nagħmlu li nistgħu mill-ġurnata, filwaqt li niġġieldu maċ-ċansijiet li ma jieqfu qatt biex intejbu t-triq li ninsabu fiha. Waqt li kisbet reviżjonijiet tajba mill-ġirja tagħha fl-Edinburgh Fringe Festival u t-Teatru Soho kif ukoll ġiet innominata fl-Olivier Awards 2023, Haylee McGee’s Age is a Feeling issa hija lesta għal premiere f’Malta bi traduzzjoni bil-Malti bl-iskript ta’ Clare Azzopardi. Prodozzjoni ta’ Udjenza taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard, dan l-ispettaklu imtella’ bil-prestazzjoni ta’ Clare Agius, isegwi l-vjaġġ f’ħajja ta’ persuna tul iż-żmien b’ sens ta’ seħer, intelliġenza, onestà u vulnerabbiltà. Dati u Ħinijiet Il-Ġimgħa 16 ta’ Frar 2024, 8pm Is-Sibt 17 ta’ Frar 2024, 8pm Il-Ħadd 18 ta’ Frar 2024, 7pm Il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024, 8pm Is-Sibt 24 ta’ Frar 2024, 8pm Il-Ħadd 25 ta’ Frar 2024, 7pm Is-Snin li Tħoss hija produzzjoni ta’ Udjenza bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll Repêchage, Chic Med Aesthetic Clinics u Campari. Tim Kreattiv: Attrici – Clare Agius Direttur – Toni Attard Disinjatur tas-Sett – Romualdo Moretti Maniġer tal-Avvenimenti – Laureen Spiteri Koordinattriċi tal-Avvenimenti – Maria Spiteri Zahra

Purchase Is-Snin li Tħoss Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Spazju Kreattiv
Pjazza Kastilja Pope Pius V Street Il-Belt Valletta, VLT 1030, Valletta

Start Date:

16 February 2024

End Date:

16 February 2024

Website:

Host:

Spazju Kreattiv

Tickets:

Venue:


Venue:

Spazju Kreattiv

Address:

Pjazza Kastilja Pope Pius V Street Il-Belt Valletta, VLT 1030

Contact No:

+356 2122 3200

Website:

Dates:


16
Feb
Is-Snin li Tħoss
Spazju Kreattiv, Valletta - Theatre
20:00